Lokali

Il-Ministru Ian Borg jibqa’ jwebbes rasu

Il-Ministru Ian Borg se jilqa’ t-talba tal-Kamra tal-Periti biex isiru laqgħat fuq il-kwistjoni tal-Avviż Legali dwar il-kostruzzjoni… imma qabel biss saru, diġa’ qed iwissihom li l-laqgħat se jsiru għalxejn.

Id-dikjarazzjoni tal-Ministru Ian Borg saret l-għada li l-Kamra tal-Periti fi stqarrija nsistiet li hemm bżonn iktar tibdiliet fl-Avviż Legali.

Din it-talba ghal laqgha saret wara li l-Kamra tal-Periti sejħet it-tieni Lagħa Ġenerali Straordinarja fejn il-Periti mill-ġdid sejħu li jiġu irranġati diversi inkonsistenzi f’dan l-Avviż Legali.

Madankollu, u minkejja t-talbiet ripetuti tal-Kamra tal-Periti, il-Ministru Ian Borg għadu jinsisti li mhu se jbiddel xejn.

Minn naha l-ohra, l-abbozz li qed tipreżenta l-Kamra tal-Periti jipprovdi qafas ġdid għall-proċessi, l-informazzjoni u t-taħriġ li hemm bżonn biex jintlaħqu l-miri neċessarji.