Dan hekk kif Nigel Vella u Marlon Mangion mill-Għaqda tal-Mużika ta’ San Gejtanu kif ukoll Lawrence Portelli u Edmond Saliba mis-Soċjetà Mużikali ta’ San Ġużepp kienu akkużati li ma kellhomx permess tal-pulizija biex jagħmlu dan u li ħarqu n-nar f’ħin iktar tard milli tippermetti l-liġi.
Il-Qorti ddikkjarat li ż-żewġ każini tal-banda tal-Ħamrun m’humiex ħatja li kisru l-liġi meta lura fil-festa tal-2016 ħarqu n-nar minn fuq bejt wara n-nofsiegħa ta’ filgħodu.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, semgħet li dan in-nar kien ilu jsir is-snin, u kien iservi bħala sinjal sabiex javża lill-partitarji taż-żewġ każini li l-marċ spiċċa, bl-għan li jiġi evitat l-inkwiet.
Madanakollu s-Supretendent Carmelo Bartolo insista li dan il-permess ma setax joħroġ għal dan il-ħruq, hekk kif il-liġi tgħid li ma jistax jinħaraq nar wara n-nofsiegħa, filwaqt li l-Ispettur Robert Vella sostna li fil-laqgħa li ssir kull sena mal-każini, kien mifthiem li n-nar kellu jinħaraq bħal dejjem.
Il-Qorti spjegat ukoll li l-evidenza tal-kopji tad-dokumenti esebiti, ma kienux
l-aħjar prova li l-każini ma kellhomx permess għal tali ħruq, minħabba wkoll li xi paġni lanqas biss ma kellhom tipa ċara.
Ġie kkunsidrat ukoll li l-każini kienu qed jingħataw verżjonijiet kunfliġġenti minn żewġ uffiċjali għolja tal-Korp tal-Pulizija. Tqis ukoll li jekk in-nar ma jinħaraqx, ikollu jinħatt u jerġa’ jinġarr, b’riskju liema bħalu.
Il-Qorti kkonfermat ukoll dak li ntqal mill-każini, jiġifieri li n-nuqqas ta’ ħruq ta’ dan in-nar, jista’ jwassal biex jinqala’ l-inkwiet bejn il-partitarji.
//= $special ?>

