Lokali Parlament

Joseph Muscat hu ostaġġ ta’ ministri u kriminali madwaru

  • Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li diversi ċirkostanzi politiċi jkkonfermaw li l-Prim Ministru Joseph Muscat hu ostaġġ ta’ ministri u tal-kriminali ta’ madwaru.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li Joseph Muscat huwa ostaġġ taċ-ċirkostanzi li hu stess ippermetta u ostaġġ tal-kriminali ta’ madwaru.

Dwar ir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa hu qal li hu għixu sa minn Jannar 2018 meta l-Gvern oġġezzjona għar-Rapporteur. Il-vot kien approvat mill-Gruppi kollha li tkellmu kontra l- korruzzjoni f’Malta; anke l-Laburisti Ewropej.

Hu qal li l-Ministru Owen Bonnici qal li t-Turkija biss kellha monitoring fil-Kunsill tal-Ewropa iżda dan mhux veru għaliex hemm 10 pajjizi oħra li huma l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Bosnja, il-Ġorġja, il-Moldova, ir-Russja, is-Serbja, it-Turkija u l-Ukrajna

Fil-Parlament Owen Bonnici qal li jien ħadt gost bir-Rapport u li ħdimt għall-monitoring procedure iżda din hi gidba….pero m’għandix minn xhiex nistħi…jisthi minn jiddefendi l-korrott…it-traditur huwa l-korrott….u l-istorja għad tatina raġun… Jien kburi li niġġieled favur id-demokrazija f’Malta, f’pajjiżi. Huwa Joseph Muscat li mhux jaħdem favur Malta ghax Joseph Muscat issa hu ċar kemm hu ostaġġ tal-kriminali ta’ madwaru u tas-sitwazzjoni li ġab b’idejh, sostna Jason Azzopardi.

Dwar ir-riżoluzzjoni tal-Casino, Jason Azzopardi qal li l-Ministru Chris Cardona ġie l-Parlament b’riżoluzzjoni tal-Casino tad-Dragonara li tfisser għexieren ta’ miljuni ta’ euros u għoti ta’ art għal iktar minn 60 sena li ma ħax quddiem il-Kabinet; f’pajjiz normali dan hu skandlu u ġġib ir-riżenja immedjata tal-Ministru. Dan hu ministru li qed jaħbi riżoluzzjoni maġġuri ta’ trasferiment ta’ proprjetà tal-Gvern b’valur ta’ għexieren ta’ miljuni u jagħmilha minn wara dahar il-Prim Ministru.

Imma ghax Joseph Muscat hu ostaġġ ta’ Chris Cardona ma jistax jieħu passi kontrih ghax Chris Cardona jaf fuq Joseph Muscat u din hija xi ħaġa kbira hafna u serja ħafna tant li Joseph Muscat ma jistax ikecci lil Chris Cardona.

Jason Azzopardi qal li d-diretturi tad- Dragonara Gaming Ltd huma Mark Bianchi, Svetlana Buckova, Franco de Gabriele u Johann Schembri waqt li ix-shareholders huma Peninsula Gaming Group Limited (99%) u Johann Schembri (1%). Il-Peninsula Gaming Group Ltd hi propjetà ta’ Pinnacle Gaming Group (60%0 u Toss A Coin (40%). Il-Pinnacle Group hi propjetà ta’ Johann Schembri u Toss A Coin hi ta’ Michae; u Raphael Bianci (50% kull wieħed)

Jason Azzopardi staqsa kemm-il darba fl-aħħar 15-il xahar il-Ministru Cardona siefer flimkien ma’ Michael Bianchi u għal-liema skop siefru flimkien. Veru li l-Bord ta’ Casma Ltd sa l-2017 kellu parir legali li din ir- riżoluzzjoni u kuntratt m’għandiex ssir? Veru li l-bord tad-diretturi ta’ Casma Ltd ma ridux japprovaw dan il-ftehim, minkejja l-Ministru Cardonapoġġa presjsoni kbira fuqhom?

Joseph Muscat tant kemm tilef il-kontroll tal-Ministri tiegħu li jippermetti deċiżjoni li torbotna għal 65 sena b’impatt ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ euros.

Dwar it-tliet ministri li kellhom informazzjoni mill-inkjesta Egrant, Jason Azzopardi qal li Il-ministri invokaw id-dritt tas-silenzju, kif jaghmlu l-kriminali, biex ma jinkriminawx ruħhom. Kieku pajjiż normali, bi Prim Ministru ħieles li jaġixxi kien jibgħat għalihom u jekk ma jagħtuħx sodisfazzjon suret in-nies, ikeċċihom. Imma Joseph Muscat ma jistax jagħmel hekk għax ostaġġ tagħhom; Joseph Muscat hu kompromess u jaf li jafu fuqu u allura mhux ħieles għax huwa ostaġġ b’li holoq hu stess

Dwar il-possibbiltà ta’ kariga fl-UE għall-Prim Ministru, Jason Azzopardi qal li sa mill-2017 Joseph Muscat kien qed jissemma’ bis-serjetà bħala papabbli għas-suċċessur ta’ Tusk. F’sentejn inbidlet is-sitwazzjoni. Dan kollu Muscat seta’ evitah kieku ħa passi kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Il-Prim Ministru tal-iżgħar stat membru tal-UE sa sentejn ilu kellu opportunità tad-deheb li jokkupa waħda mill-iktar karigi ogħlja fl-UE iżda tilifha għax ried hu; għax ma ħax passi biex ineħħi dawk li kienu ħa jirrovinawlu dan iċ-ċans uniku f’ħajtu u fl-istorja ta’ pajjiżna.

Id-domanda gravi li rridu nsaqsu hi x’inhu daqshekk gravi u importanti għal Muscat li minħabba fiha kellu jitlef iċ-ċans uniku li jokkupa kariga li hu stess ried bis-saħħa? X’jafu fuqu dawn il-kriminali li qed jiddefendi biex tilef din il-kariga meta seta’ jibqa’ papabbli?

Joseph Muscat hu ovvju li hu ostaġġ tas-sitwazzjoni li hu stess ġab b’idejh u irridu nistaqsu: x’inhi din l-informazzjoni f’idejn ta’ madwaru li qed tagħmlu ostaġġ?, staqsa Jason Azzopardi.