Lokali

Mara ta’ 37 sena fil-periklu tal-mewt

Tifla ta' tliet snin tweġġa' gravi

Mara ta’ 37 sena mill-Polonja tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet invouta f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, iż-Żejtun.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Toyota Hilux misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti Marsaskala u vettura tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Polonja.

Fit-Toyota Aygo kien hemm ukoll mara ta’ 37 sena, tifla ta’ 10 snin u tifla ta’ 3 snin, kollha mill-Polonja. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 37 sena u t-tifla ta’ 3 snin l-isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika.

Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji filwaqt li t-tifla ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. L-irġiel u t-tifla ta’ 10 snin ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.