Lokali Saħħa

Nuqqas fil-mediċina tal-HIV

“Ma tawnix il-mediċina għal xahrejn għat-terapija tal-HIV”.

Dan intqal f’ittra lil editur tal-Malta Today fejn anki inġibdet l-attenzjoni li l-ispiżerija tal-għażla tiegħek qed tagħti biss din il-mediċina għal ġimagħtejn.

Fl-istess ittra ntqal li f’każ li jsir safar fuq xogħol dan ma jistax isir minħabba li l-mediċina mhux se sservi; dan ifiser li s-sitwazzjoni taf isarraf f’telf ta’ dħul finanzjarju.

L-istess ittra tkompli billi tgħid li fis-sajf huma ħafna li jmorru għall-vaganzi, u din is-sitwazzjoni ma tgħinx. L-ittra kompliet billi qalet li s-sitwazzjoni preżenti u n-nuqqas ta’ informazzjoni se tħalli wkoll effetti fuq is-saħħa tal-pazjent.

Intqal li dan in-nuqqas jaf iwassal biex terġa tinbeda anki t-terapija mill-ġdid, li din taf twassal għal aktar spejjez u uġigħ għall-pazjent.

Intqal ukoll li ħadd minn dawk li jmexxu l-ispiżerija tal-għażla tiegħek (POYC), ma informa lill-ħaddiema u lil pazjenti li hemm nuqqas ta’ din il-mediċina.