Futbol Sport

Possibbiltà li jilagħbu żewġ timijiet Taljani fiċ-Champions League f’San Siro f’dan l-istaġun

Minkejja n-nuqqas ta’ Milan li jikkwalifikaw għall-edizzjoni li jmiss tal-UEFA Champions League, teżisti possibbiltà li żewġ timijiet Taljani jilagħbu l-logħbiet f’darhom f’San Siro.

Il-ġurnal Taljan Gazzetta dello Sport ħareġ artiklu li b’kawża tax-xogħlijiet ta’ infrastruttura li qed isiru fl-Istadium Atleti Azzurri d’Italia ta’ Bergamo, teżisti possibbiltà li Atalanta jilagħbu l-logħbiet tagħhom fi Stadio Giuseppe Meazza minflok fil-Mapei Stadium ta’ Reggio Emilia.

Inter, anki permezz tal-ħbiberija li teżisti bejn il-President tal-klabb Steven Zhang u l-Amministratur Delegat ta’ Atalanta Luca Percassi, jidher li mhux se joġġezzjonaw, l-istess bħal Milan permezz tal-Kap Eżekuttiv Operattiv Zvonimir Boban. Jidher li minħabba li San Siro hu proprjetà tal-Komun, Percassi ltaqa’ mas-Sindku ta’ Milan Giuseppe Milan li wkoll ingħata l-permess.

Għalkemm il-partijiet konċernati jidher li taw il-kunsens tagħhom, sezzjoni mill-partitarji ta’ Milan jinsabu kontra din id-deċiżjoni minħabba li ma jridux li l-klabb jikkuntenta tim li kien qed jissielet magħhom għal post fil-UEFA Champions League.