Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ppreżenta fil-parlament numru ta’ proposti dwar kif tista’ tissolva l-problema tal-akkomodazzjoni soċjali u sostna li l-liġi li ressaq il-gvern mhix biżżejjed u mhux se ssolvi l-problemi li ħoloq dan il-gvern stess.
Adrian Delia semma d-diffikultajiet tan-nies li m’għandhomx iċ-ċertezza u qal din il-liġi mhux se ssolvi problemi li dan il-gvern ippermetta, iggrava u ħalla jikbru biex issa qed isir reazzjoni.
Din hi liġi li qed issir fi stat li s-sitwazzjoni ma tistax tiddeġenera iktar għax il-mudel ekonomiku li għażel il-gvern se jkabbar il-pressjoni fuq il-propjetajiet fejn iktar nies se jiddaħħlu fi spazji ristretti.
Il-kirjiet fl-aħħar sitt snin għolew b’iktar mid-doppju b’għażla ta’ dan il-gvern minħabba l-mudell ekonomiku tal-gvern. Il-gvern għandu obbligu li ma jidħolx fis-settur privat waqt li jippjana mit-taxxi tal-poplu biex jipprovdi għal min ma jistax. Din il-liġi qed tintervjeni fuq is-suq privat għal problema li ħoloq dan il-gvern stess.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hu tajjeb li l-gvern jintervjeni meta fis-soċjetà jkun hemm min mhux ilaħaħq fosthom familji lijknu għaddejjin minn separazzjonijiet. Hu dritt fundamentali li l-bniedem ikollu dar u li jkun hemm bilanċ bejn is-sid u l-inkwilin. Taħt Gvern Nazzjonalista kien hemm inċentivi biex kulħadd isir sid ta’ daru.
Hu tkellem dwar l-importanza li ma ssirx ħsara fuq art verġni fl-akkomodazzjoni. Il-gvern telaq jiġri u ħalla s-suq jimxi waħdu u ma ppjanax fit-tul għaliex din hi problema li setgħet tissolva kieku l-gvern ippjana fit-tul fl-isfond tal-binjiet battala.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar il-propjetajiet li ma jintużawx għall-kirjiet u għat-turiżmu. Hu kompla li dan qed iżid il-pressjonijiet iżda l-gvern ma antiċipax is-sitwazzjoni. Is-suq mexa waħdu u nħolqu ċertu esiġenzi li fil-mument li kulħadd jimxi għal rasu bla pjan kulħadd jimxi għal rasu u jbati ż-żgħir. Jeħtieġ li l-investiment ikun imħares waqt li r-regoli tas-suq ma tkunx impożizzjoni fuq is-settur privat, irid jingħata wens li min ma jistax jikkompeti billi jinstabu s-soluzzjonijiet.
Adrian Delia kompla li l-PN irid ikun hu ,i jitkellem b’mod ċar biex ikun garantit li kull Malti jkollu saqaf fuq rasu. Din tista’ issir billi nirrikonxxu li hawn problemi, li jsir analiżi kemm hi kbira l-problema, kemm hi d-domanda ta’ dawk li ma jistgħux jaslu, li l-gvern jara n-numru disponibbli ta’ appartamenti, ikunu identifikati artijiet tal-gvern li bla spekulazzjoni mal-privat ikunu akkomodati n-nies fuq mudelli internazzjonali b’investiment tal-privat b’ taħlita ta’ faxx tas-soċjetà. Fi ftit snin sa mill-ewwel ġurnata, Gvern Nazzjonalista jkun jista’ jaħdem fuq ta’ postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali bi pjan u bi strateġija li joħloq stil ġdid ta’ akkomodazzjoni għall-poplu.
Adrian Delia qal li fl-immedjat hawn problema fil-kuntratti u sostna li fl-aħħar sitt snin minkejja ż-żieda fil-propjetà ma kienx hemm tnaqqis fil-prezzijiet. Hu qal li f’din l-ekonomija dawk li mhux qed ilaħħqu qed jaqgħu lrua fejn anki fil-kostruzzjoni d-dħul tal-ħaddiema żdied bif tit.
Eluf ta’ Maltin qed isibuha impossibbli biex jibdew il-ġirja biex ikollhom saqaf fuq rashom mhux biex ikunu sidien tal-propjetà iżda biex jibnu bejta biex jibdew familja. Din hi liġi li tmur fil-qalba tal-ġustizzja soċjali, sostna Adrian Delia, li kompla li fis-soċjetà hawn neis li kellhom propjetà iżda lum m’għandhomx.
Din il-liġi mhu se ssolvi xejn u mhix biżżejjed biex issewwi l-ħsara li saret għaliex qed tħares biss lejn isa u tipprova ttaffi dak li l-gvern kien jaf li ġej fuq il-pajjiż, sostna Adrian Delia, li qal li l-gvern irid jifhem, jaċċetta l-problema u jippjana kif itejjeb il-ħajja tan-nies u tal-familji. L-Oppożizzjoni se tkun qed tippreżenta abbozzi ta’ liġijiet quddiem din waħda mill-ikbar pjagi soċjali fil-pajjiż, sostna Adrian Delia.
//= $special ?>