Internazzjonali

Ross Perot: Imut il-biljunarju u eks kandidat għall-Presidenza Amerikana

Il-biljunarju Ross Perot — li kkuntesta darbtejn għall-Presidenza tal-Istati Uniti f’kapaċità indipendenti — miet ftit tal-ħin ilu, fl-età ta’ 89 sena. Hu kien ilu l-aħħar xhur isofri bil-marda tal-leukaemia, b’mewtu titħabbar mill-membri tal-familja tiegħu li kienu miegħu fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu

Perot, li miet fid-dar tiegħu f’Dallas ( Texas), kien wieħed mill-pijunieri wara l-industrija tad-data tal-kompjuter wara li waqqaf il-kumpanija tiegħu fl-1962.

Iżda l-isem Ross Perot sar magħruf ‘tassew’ madwar id-dinja meta hu deċieda li jikkuntesta l-kampanja tal-1992 għall-Presidenza tal-Istati Uniti. Perot, dak iż-żmien, kien ippromwova l-impenji għall-bilanċ fil-baġits u biex jieqaf ‘it-trasferiment tax-xogħol barra r-Renju Unit’.

L-elezzjoni tal-1992 kienet intrebħet mill-eks President Bill Clinton — b’Perot jieħu madwar 19 fil-mija tal-vot. Ir-riżultat kien disfatta partikulari għall-eks President Repubblikan tal-Istati Uniti, George HW Bush.

Ross Perot kien ikkuntesta mill-ġdid għall-Presidenza Amerikana fl-1995, wara li kien waqqaf il-Partit għar-Riforma.