Lokali Qorti

Tipprova tgħallaq lil bintha b’lazz

Omm inżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti b’akkużi li pprovat tgħallaq lil bintha ta’ disa’ snin b’lazz ta’ żarbun.

Jidher li t-Tnejn filgħodu l-Pulizija taħlitilha rapport li Jordanos Gabrhiwet ta’ 30 sena mill-Eritrea ppruvat tifga lil bintha. Ir-rapport sar miċ-ċentru tal-familji ta’ Ħal Far, propju fejn iż-żewġ persuni jgħixu.

F’dan il-każ ma saritx talba għal-libertà proviżorja u l-akkużata wiġbet mhix ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.

It-tifla ntbagħtet tgħix ma’ familja oħra bħala fostering.