Lokali Qorti

Tixxejjer sikkina waqt argument fiż-Żejtun

Żagħżugħ Niġerjan ta’ 26 sena nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li prova jdarrab gravement lill-inkwilin tiegħu. Dan hekk kif it-Tnejn filgħaxija seħħ argument bejn il-barrani, li jaħdem fil-kostruzzjoni u l-vittma fejn l-akkużat allegatament xejjer sikkina lejh.

Fil-Qorti, l-Ispettur Roderick Attard spjega li t-Tnejn filgħaxija daħal l-għassa tal-Pulizija fiż-Żejtun raġel bi ħwejġu mimlija demm – jitlob għall-għajnuna medika. Dan filwaqt li fl-istess waqt daħlitilhom telefonata anonima li kien seħħ argument f’residenza fl-istess lokalità.

Kingsley Oikhena ġie akkużat ukoll li darab ħafif il-vittma kif ukoll li kien qed iġorr fuqu arma taqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja.

Filwaqt li ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih ma ntalabx il-ħelsien mill-arrest.