Il-Pulizija qed iżżomm żewġ persuni taħt arrest wara argumenti li nqalgħu f’Birżebbuġa.
Net News jinsab infurmat li l-inkwiet hu relatat mal-logħba li llum, fis-18:00, Hajduk Split se jilgħabu kontra Gżira United.
Kien għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu li f’pajjiżna waslet titjira charter b’madwar 200 partitarju Kroat għal din il-logħba.
Dan is-sit jista’ jikkonferma wkoll li kważi l-partitarji kollha msemmija lanqas biss ibbukkjaw akkomodazzjoni f’Malta hekk kif mistennija jitilqu lura lejn pajjiżhom ftit wara l-logħba.
Jidher li l-argument li nqala’ f’Birżebbuġa ma kienx iżolat hekk kif jidher li seħħ ieħor fl-aħħar sigħat, għalkemm il-Pulizija m’għandhomx rapporti u ma jidhirx li kien arresti.
Filfatt il-Pulizija f’Malta tinsab fuq allert hekk kif mal-Kroati l iwasslu f’Malta
mistennija jingħaqdu oħrajn li diġa’ jgħixu f’Malta, bit-tħassib hu li jista’ jinqala’ l-inkwiet bejnhom u l-komunità mdaqqsa ta’ Serbi li jgħixu f’Malta.
Sadattant UEFA kklassifikat din il-logħba bħala ‘high profile’, jiġifieri li hemm riskju li jista’ jinqala’ l-inkwiet.
Fid-dawl ta’ dan, apparti delegat u osservatur tar-referees, il-UEFA se tkun qed tappunta wkoll uffiċjal tas-sigurtà min-naħa tagħha.
//= $special ?>