Elia Viviani kiseb l-ewwel rebħa personali f’Tour de France hekk kif sieħbu fit-tim Julian Alaphilippe żamm il-flokk l-isfar fi tmiem ir-raba’ stadju. Viviani għeleb lil Alexander Kristoff u Caleb Ewan fi sprint f’Nancy. Iċ-champion renjanti Geraint Thomas baqa’ fis-seba’ post fil-klassifika ġenerali.
Kif spiċċaw ir-raba’ stadju:1. Elia Viviani 5:09.20, 2. Alexander Kristoff, 3. Caleb Ewan, 4. Peter Sagan, 5. Dylan Groenwegen
Klassifika Ġenerali:1. Julian Alaphilippe 14:41.39, 2. Wout van Aert +0.20, 3. Steven Kruijswijk +0.25, 4. George Bennett +0.25, 5. Michael Matthews +0.40
//= $special ?>