Għal sena oħra, eluf ta’ nies attendew ghall-kunċert Isel of MTV li sar fuq il-Fosos tal-Floriana it-Tlieta – kuncert li beda wara nofsinhar u baqa’ għaddej sa tard filgħaxija, f’temperaturi shan…u muzika ma taqta’ xejn.
Din is-sena, fit-tlettax-il sena konsekuttiva ta’ dan il-kunċert ħadu sehem uhud mill-aqwa artisti internazzjonali fil-mużika pop fosthom Dj Martin Garrix, Bebe Rexha, Ava Max u l-kantant Wiley fejn ilkoll taw prestazzjoni mill-aqwa tal-mużika tagħhom li hija fost l-aktar popolari bħalissa. Filfatt wieħed seta’ jikkonferma dan għall-fatt li eluf ta’ żgħażagħ kantaw, żifnu u qabżu mar-ritmu ta’ dawn il-kanzunetti.
Ħadu sehem f’dan il-kunċert ukoll artisti Maltin fosthom Emma Muscat, Michela, Gaia Cauchi, Owen Leuellen u anke diversi djs lokali.
Dawk li baqgħu fi djarhom sabiex jiffrankaw is-sħana u r-rassa, setgħu isegwu l-kunċert fuq is-sit tal-Isle of MTV.
Intant, wara l-kunċert tat-Tlieta inġabru 19-il tunnellata ta’ bottijiet u tazzi tal-plastik minn fuq il-Fosos tal-Floriana li tħallew mal-art minn dawk li attendaw għall-Isle of MTV.
//= $special ?>