Lokali

Bla dawl…għal darboħra

10 Subtations weqfin. Ħafna ħsara. Ħadd mit-top managment. Enġinier wieħed biss.

Dik kienet is-sitwazzjoni fi ħdan l-Enemalta lbieraħ filgħaxija, meta partijiet kbar minn pajjiżna, għal darboħra, spiċċaw bla dawl.

Il-qtugħ seħħ fost l-oħrajn f’B’Kara, iż-Żejtun, Santa Venera, il-Qawra u Raħal Ġdid.

Dan il-qtugħ kien l-aħħar minn sensiela ta’ problemi fis-servizz esperjenzati fl-aħħar jiem, fejn fost l-oħrajn saħansitra kien hemm festi li ġew effettwati.

Intant jidher li waqt il-mumen ta’ kriżi, ħadd mill-management ma kien disponibbli u kien hemm biss enġinier wieħed li kien qed jaħdem biex jerġa jiġi rrestawrat is-servizz.