Lokali

Hugo’s Burger jitilfu battalja legali għat-Trademark

Il-Qorti Ewropea ikkonfermat deċiżjoni tal-EUIPO, l-Uffiċċju li jirregola t-Trademarks fl-Unjoni Ewropea li ċċaħħad il-katina Hugo’s Burger f’pajjiżna milli tirreġstra l-logo tagħha.

Dan wara li l-Qorti Ewropea ddeċidiet li l-logo jixbah wisq dak ta’ katina ta’ ristoranti fil-Ġermanja li tispeċċjalizza f’ikel Taljan.

Il-propjetarji tal-katina Maltija kienu appellaw l-ewwel deċiżjoni tal-EUIPO tal-2017, iżda l-Qorti kkonfermat li l-kumpanjija Maltija ma tistax tirreġistra din id-ditta għaliex tkun qed tikser Trademark oħra rreġistrata qabel mill-kumpanija Ġermaniża

Il-EUIPO fid-deċiżjoni oriġinali qal li x-xebh bejn is-servizz li joffru ż-żewġ stabbillimenti huma identiċi, minbarra li ż-żewġ ismijiet jinstemgħu l-istess. Minkejja li Hugo’s Malta appellaw din id-deċiżjoni, il-Qorti Ewropewa kkonfermat dak li kien deċiz oriġinarjament minn dan l-uffiċċju.