Lokali

Il-75 sena anniversarju mill-ewwel purċissjoni bil-vara ta’ San Bastjan

Il-Qriema qed jiccelebraw il-75 anniversarju mill-ewwel darba li ħarġet fit-Toroq ta’ Ħal Qormi l-vara ta’ San Bastjan; xbieha mnaqqxa minn zokk tal-injam mill-artist Malti Ġorġ Borg.

L-istatwa ta’ San Bastjan kienet tlestiet fl-1938 – izda dak iż-żmien minħabba l-gwerra, ma ħarġitx. U kien id-9 ta’ Lulju tal-1944 meta ghall-ewwel darba f’Hal Qormi saret il-purcissjoni bil-vara l-gdida.

Illum….75 sena wara….regghet harget il-purcissjoni għal dan l-anniversarju – celebrazzjoni li bdiet bil-quddiesa solenni li ġiet immexxija mill-Mons Joe Borg, u wara, il-vara għaddiet mit-toroq Qriema f’rotta kemm xejn differenti mis-soltu.

Fil-fatt, il-vara ta’ San Bastjan għaddiet mill-inħawi tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, fejn fi Pjazza Vitorja inghaqdu z-zewg komunitajiet. Il-purċissjoni kienet mmexxija mill-Kanonku Jonathan Farrugia, akkumpanjata mill-kleru tal-parroċċa, abbatini u fratelli.  

Waqt din il-purċissjoni, apparti is-sehem ewlieni tas-Socjeta’ Filarmonika Pinto Banda San Bastjan…hadu sehem ukoll iz-zewg baned tal-parrocca ta’ San Gorg – il-Banda San Gorg Martri u l-Banda Anici.Intant, il-festa ta’ San Bastjan tiftah ufficjalment nhar it-Tnejn li gej.