Parlament

Il-gvern tilef opportunità li jsewwi isem Malta

– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li fl-abbozz ta’ liġi dwar is-separazzjonijiet tad-doveri tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Gvern tilef opportunità li jsewwi ir-reputazzjoni ta’ Malta wara l-ħsara li l-gvern stess ikkaġuna.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel din id-dikjarazzjoni wara intervent tal-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qabel l-Aġġornament tas-seduta.

Adrian Delia qal li din kienet opportunità tad-deheb li l-pajjiż li t-tiswjiet lid-demokrazija jibdew iseħħu. Il-gevrn seta’ ta sinjal f’Malta u barra. L-Oppożizzjoni kienet ċara li l-pakkett ta’ liġi kellha tifforma parti minn struttura ikbar li titwettaq f’diskussjonijiet li kienu qed isiru taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta.

Il-Gvern telaq minn dan il-kunċett u għalhekk dak il-proċess safa’ ltim minn dawk il-prinċipji essenzjali. Dan l-abbozz jonqos bil-bosta fit-tiswijiet biex l-AG jissaħħaħ anki kien hawn kummentaturi u esperti li qalu li dan hu pass lura. Il-gvern tilef opportunità, sostna Adrian Delia, li qal li s-serjetà kienet tilob li d-diskussjonijiet mal-Opożizzjoni jsiru qabel il-gvernr ssaq dan l-abbozz.

Il-Ministru Bonnici Owen qal li dan l-abbozz ta’ liġi kien il-mertu ta’ riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa li sostniet li l-abbozz kien insuffiċjenti mal-pariri li tat il-Kummissjoni ta’ Venezja. Din hi marbuta mal-proposta li l-Kummissjoni ta’ Veezja pproponiet li meta jiddeċiedi dwar prosekuzzjoni għandu jkun hemm analiżi ġudizzjarju mill-AĠ.

Hu qal li fil-jiem li ġejjin se jitkellem mal-Oppożizzjoni biex dan il-punt ikun trattat. It-tieni punt hu li l-AĠ ma ngħatax ir-responsabbiltà tal-inkjesti. Il-gvern jidhirlu li din hi materja li tirrikejdi iktar ħsieb. Għall-proposta tal-Kummissjoni Venezja li l-AĠ ma jkunx iċ-Chairman tal-FIAU, il-Ministru Bonnici qal li l-Avukat Ġenerali Peter Grech mhux se jkompli fil-kariga u mhux se jibqa’ Chairman tal-FIAU.