Lokali Parlament

Il-Parlament isellem lil Louis Refalo

Il-Parlament sellem il-memorja tal-ex deputat Nazzjonalista Louis Refalo li miet ftit ilu.

F’din l-okkażjoni tkellmu l-Ispeaker Anġlu Farrugia, id-deputat Prim Ministru Crihs Fearne u d-deputat Nazzjonalista Għawdxi Kevin Cutajar u fil-parlament attendew il-familjari ta’ Louis Refalo.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia semma’ esperjenzi li kellu ma’ Louis Refalo u qal li lil Louis Refalo kulħadd kien iħobbu għaliex kellu kwalitajiet pożittivi.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tkellem dwar il-karatteritiċi pożittivi tal-ex deputat Nazzjonalista Louis Refalo u faħħar il-mod kif hu kien dejjemm viċin in-nies f’Għawdex. Hu qal li Louis Refalo kien bniedem i kien jibqa’ barra mill-kontroversji.

Id-deputat Nazzjonalista Għawdxi Kevin Cutajar qal li dan hu mument emozzjonati għalih li qed isellem lil Louis Refalo daqs meta daħal fil-parlament u spjega li għalih Louis Refalo kien persuna eżemplari li l-mewt tiegħu hi telfa għall-politika u għal Għawdex.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Louis Refalo kien jaħdem b’umiltà f’dak li jwettaq u kien jaħdem bis-skiet waqt li jipprova jgħin lill-pubbliku kollu. Minkejja l-marda tiegħu f’età żgħira, Louis Refalo kien dejjem jagħti kuraġġ lin-nies. Louis Refalo għandu numru ta’ kwalitajiet li għandhom iku segwiti kemm fil-politiku kif ukoll fil-ħajja ta’ kuljum, sostna Kevin Cutajar.