Lokali

Il-popolazzjoni ta’ Malta kważi laħqet in-nofs miljun

Laħħaqna kważi in-nofs miljun.

Ċifri mill-Uffiċju tal-Istatistika juru li l-popolazzjoni f’pajjiżna bħalissa hija ta’ 493,559 persuna.

Skont l-aħħar ċifri l-persuni taħt it-18-il sena jagħmlu 16.2% tal-popolazzjoni filwaqt li dawk ‘il fuq minn 65 sena jiffurmaw 18.7% tal-poplu kollu. Iż-żieda fost l-anzjani li għandhom ‘il fuq minn 89 sena kienet ta 2010 nisa u 879 irġiel.

L-NSO qal li l-biċċa l-kbira taż-żieda fil-popolazzjoni hija riżultat tal-immigrazzjoni. Iż-żieda fil-popolazzjoni, skont dawn iċ-ċifri, ilha tikber sa mill-2013.

L-akbar żieda fl-immigranti hija minn pajjiżi li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. Żieda ta’ 9209 minn dawn il-pajjiżi fl-2018