Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident fit-Triq it-Telgħa ta’ Pennellu, minn fejn tibda l-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa viċin waħda mill-lukandi f’dik iż-żona.
Mill-ewwel informazzjoni li daħlitilna jidher li apparti Pulizija, fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili għaliex kien hemm xi żejt fi triq kawża tal-inċident.
Jidher li għall-ħabta tal-4:00pm van tat-tip Ford Transit u karozza tat-tip BMW għal xi raġuni ħabtu f’xulxin.
Involut kien hemm vettura misjuqa minn Bulgaru ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar li mal-ewwel indikazzjoni jidher li kellha mpatt ma’ vann li dak il-ħin kien wieqaf minħabba problemi mekkaniċi. Hu ttieħed l-isptar fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Persuni fuq il-post qalulna li hemm konġestjoni ta’ traffiku hekk kif it-telgħa hija magħluqa u t-traffiku qed jgħaddi mit-triq prinċipali tal-Mellieħa dik li twassal għall-Knisja tal-Parroċċa.



