Internazzjonali

Jeremy Hunt fi Tweet diretta lejn Trump: “diżrispettuż”

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ingliż Jeremy Hunt sejjaħ lill-President Amerikan Donald Trump “diżrispettuż lejn il-Prim Ministru Ingliż u lejn ir-Renju Unit”.

Dan għamlu fi tweet diretta wara li Trump għajjar lill Ambaxxatur Ingliż għall-Istati Uniti “baħnan” u “raġel verament injorant”.

Fit-Tweet, Hunt qal “li l-ħbieb vera jgħidu il-verità u hekk se naħmel jien: dawn il-kummenti huma diżrispettużi u inġusti mal-Prim Ministru u ma pajjiżna”.

Jidher li Trump għajjar lill-Ambaxxatur wara li dan tal-aħħar iddeskriva lil Trump u l-Amministrazzjoni tiegħu bħala “inkompetenti” “mhux kapaċi” u “mhux sigura”.

Ikkummenta