Futbol Sport

Jitnieda s-seba’ staġun organizzat minn Masters Football Malta

Illum tnieda b’mod uffiċjalment is-seba’ staġun tal-Masters Football Malta. Il-President tal-assoċjazzjoni Mario Meli qal li f’dan l-istaġun se jerġa’ jkun hemm 11-il tim parteċipant, sitta fil-Kampjonat Premier u ħamsa fl-Ewwel Diviżjoni. Qormi Elektra u Żebbuġ Masters se jkunu qed jipparteċipaw għall-ewwel darba filwaqt li rtiraw Melita u JIVAL.

Mario Meli qal li l-iskop li nħolqot l-assoċjazzjoni kien li l-plejers ikunu jistgħu jkomplu l-passjoni tagħhom f’kampjonat għalihom. Meli kkonferma li se jkunu qed jilagħbu l-logħiet tal-kampjonat fil-grawnd tal-oratorju fil-Mosta kif ukoll f’dak ta’ Attard li riċentament tpoġġa wiċċ ġdid ta’ ħaxix artifiċjali.

Huma għamel referenza wkoll għall-kunflitt li kien hemm fl-istaġun li għadda u qal li bħala assoċjazzjoni jaċċettaw li l-plejers jilagħbu magħhom u ma’ assoċjazzjonijiet oħra u sostna li l-MFA għadha tirrikonoxxi lilhom bħala assoċjazzjoni.

Michael Galea f’isem MAPFRE MSV Life qal li din hi s-seba’ staġun li qed jagħtu l-appoġġ lil Masters Football Malta. Huma jemmnu li għandhom irwol fis-soċjetà u għalhekk jagħmlu l-parti tagħhom biex ix-xena tal-futbol tkompli tiżviluppa u dawn il-plejers li jkunu rtiraw ikollhom żvog sabiħ u jżommu l-kuntatt.

Steve Borg f’isem Farsons saħaq li huma kuntenti bl-għajnuna finanzjarja li jagħtu u jħares ‘l quddiem għal staġun pożittiv. Iż-żewġ rappreżentanti taw l-għotja finanzjarja lill-President tal-assoċjazzjoni Mario Meli.

Intant telgħu l-poloz tal-ewwel ġurnata tal-Kamponati kif ukoll tat-tournament tal-pre-season tournament.

Kampjonat Premier

Rabat Cavette v Marsa White Stars

Dingli Desana v Mosta Shaggy

Tarġa Gap v Valletta

Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Żurrieq Wolves v Tal-Qroqq

Żebbuġ Masters v Naxxar Masters

Pre-season tournament

Rawnd Preliminari

Dingli Desana v Marsa White Stars

Tal-Qroqq v Tarġa Gap

Valletta v Żebbuġ Masters

Tags