L-Oppożizzjoni se tivvota favur il-liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri b’riservi minħabba li proposta ewlenija li hi għamlet ma kinitx aċċettata.
Il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni kienet spjegata mid-deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja, s-Solidarjetà Soċjali u l-Pensjonijiet u d-Drittijiet tat-Tfal u tat-Tarbija fil-Ġuf Claudio Grech fi stqarrija fil-parlament li fiha spjega li l-proposta ewlenija tal-Oppożizzjoni biex din il-liġi tinkludi wkoll il-protezzjoni għat-tarbija fil-ġuf ma kinitx aċċettata mill-Gvern.
Kemm fl-istadju tat-Tieni Qari kif ukoll fl-istadju tal-Kumitat, l-Oppożizzjoni insistiet fuq din il-proposta u staqsiet lill-gvern biex jagħti r-raġunijiet għaliex il-Gvern ma jridx li jdaħħal it-tarbija fil-ġuf f’din il-liġi bħala minuri.
L-Oppożizzjoni insistiet li din il-pożizzjoni tagħha mhix qed issir minħabba l-kwisjotni dwar l-abort iżda imma għalei temmen li t-tarbija fil-ġuf għanha tkun ikkunsidrata bħala minuri għaliex il-ħajja tibda mal-konċepimenti. L-Oppożizzjoni sostniet li trid tkun il-vuċi ta’ min m’għandhux leħen; f’dan il-każ it-tarbija fil-ġuf.
//= $special ?>