Tfal u nisa tqal huma fost il-persuni maqtula f’Papa New Guinea f’massakru tribali.
Dan l-att terribbli sar fil-muntanji tal-pajjiż u sa issa huma tal-anqas 24 il-persuni konfermati bħala mejta fi vjolenza brutali konsegwenza ta’ kunflitt bejn tribujiet rivali fil-provinċja ta’ Hela, għalkemm xi rapporti qed jgħidu li n-numru tal-vittmi jista’ jkun ferm ogħla.
Il-Prim Ministru tal-pajjiż James Marape iddeskriva dan bħala wieħed mill-aktar ġranet ta’ dieqa f’ħajtu u wiegħed li jaqbad lil min kien wara dan l-att.
//= $special ?>