Internazzjonali Mużika

Nicki Minaj tħassar impenji fl-Arabja Sawdija bi protesta

Ir-rapper mit-Trinidad u Tobago, Nicki Minaj ħassret spettaklu li kellħa ppjanat fl-Arabja Sawdija biex turi l-appoġġ tagħha għall-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa u tal-komunità LGBTIQ f’dan il-pajjiż.

Ħafna kienu qed jistaqsu kif se tinżel il-preżenza ta’ Minaj fil-pajjiż tal-Lvant Nofsani tant magħruf bħala renju ultra-konservattiv fejn jidħlu n-nisa, meta wieħed iqis l-istil kontroversjali tal-kantanta famuża.

L-Arabja Sawdija kienet qed iżżid l-isforzi sabiex jonqsu r-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ spettaklu sabiex tinkkoraġġixxi t-tkabbir fis-settur tal-arti.

Sadattant intenfisika l-iskrutinju fuq l-istat tad-drittijiet umani f’dan il-pajjiż wara l-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konslu Sawdit f’Istanbul f’Ottubru li għadda.