Divock Origi kkonfermaw li se jibqa’ ma’ Liverpool wara li ffirma kuntratt fit-tul. Il-Belġjan kien fadallu sena kuntratt u għalkemm fl-istaġun li għadda ma lagħbx b’mod regolari, skorja gowls f’mumenti importanti.
Żgur li jibqa’ f’moħħ ħafna partitarji ta’ Liverpool, id-doppjetta li skorja fil-partita ta’ ritorn tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra Barcelona. Dakinhar it-tim Ingliż kien għamel rimonta u dawwar żvantaġġ ta’ 3-0 b’rebħa f’Anfield ta’ 4-0 biex għadda għall-finali.
Fil-finali kontra Tottenham, Origi skorja t-tieni gowl li għalaq il-logħba, minbarra gowls li taw rebħiet drammatiċi kontra Newcastle u Everton fil-Premier League.
Fl-ewwel kummenti wara li ffirma l-kuntratt, Origi qal li jrid jitjieb, ikabbar il-potenzjal li għandu u jrid li fi tmiem il-karriera jħares lura u jkun kburi li uża t-talenti tiegħu bl-aħjar mod. Origi rritorna għat-taħriġ ma’ Liverpool it-Tnejn li għadda u mistenni jkun inkluż fil-partita ta’ ħbiberija li Liverpool għandhom kontra Tranmere llum.
//= $special ?>