Paris Saint-Germain qed jiddiskutu jekk hux se jżommu milli jagħtu l-bonus fix-xahar lil Neymar wara li din il-ġimgħa l-Brażiljan naqas li jattendi s-sessjonijiet ta’ taħriġ tal-bidu tal-istaġun. Jidher li ċ-champions Franċiż qed iqisu l-assenza tiegħu bħala ħaġa serja minħabba li qed jgħidu li ma kienx hemm ftehim għalih biex jibqa’ fil-Brażil wara t-tmiem tal-Copa America.
Neymar ma qabilx mal-verżjoni ta’ kif seħħew l-affarijiet wara stqarrija b’saħħitha tal-klabb it-Tnejn li għadda. Kull plejer għandu d-dritt li jirċievi l-bonus ibbażat fuq l-obbligazzjonijiet li jkollu fil-kuntratt fosthom il-kondotta tal-persuna.
Jidher li s-salarju ta’ Neymar jaqbeż il-€550,000 fil-ġimgħa u l-bonus hu mistenni jaqbeż il- €100,000. Hu mistenni jirritorna ma’ PSG nhar it-Tnejn wara li minħabba li weġġa’ ma lagħbx fil-Copa America.
Id-Direttur Sportiv ta’ PSG Leonardo qal bl-aktar mod ċar li Neymar jista’ jitlaq il-klabb jekk tasal offerta li taqbel għal kulħadd. Hu żied li x’inhi x-xewqa ta’ Neymar u anki qal li kien hemm kuntatt superfiċjali ma’ Barcelona.
//= $special ?>