Sport Sport Ieħor

Peter Sagan jirbaħ il-ħames stadju tat-Tour de France

Peter Sagan (Ritratt: EPA)

Peter Sagan kiseb l-ewwel rebħa f’din l-edizzjoni tat-Tour de France wara sprint lejn tmiem il-ħames stadju. Sagan kien segwit minn Wout van Aert u Matteo Trentin, f’dik li kienet it-12-il rebħa ta’ stadju fit-Tour de France.

Julian Alaphilippe baqa’ fuq quddiem fil-Klassifika Ġenerali, bir-rebbieħ tas-sena l-oħra Geraint Thomas jibqa’ fis-seba’ post 45 sekonda wara l-Franċiż. Hu spiċċa fl-10 post u se jilbes il-flokk l-isfar għat-tielet ġurnata konsekuttiva.

Sagan kabbar il-vantaġġ fil-kategorija tal-punti u issa għandu 47 punt vantaġġ fuq Michel Matthews hekk kif qed jittama li jirbaħ il-flokk l-aħdar għal rekord seba’ darbiet. Is-Slovakk stenna ċ-ċans tiegħu u kien preparat fl-aħħar żewġ kilometri.

It-Tour de France jkompli llum b’distanza ta’ 160.5km. Il-bidu jkun f’Mulhouse u jispiċċa f’La Planche des Belles Filles b’telgħa li kibret b’kilometru ieħor, f’dak li se jkun l-ewwel tmiem f’quċċata ta’ muntanja ta’ din l-edizzjoni.

Kif spiċċaw il-ħames stadju:1. Peter Sagan 4:02.33, 2. Wout van Aert, 3. Matteo Trentin, 4. Sonny Colbrelli, 5. Greg van Avermaet, 6. Julien Simon, 7. Michael Matthews, 8. Nils Politt, 9. Jasper Stuyven, 10. Julian Alaphilippe

Klassifika Ġenerali:1. Julian Alaphilippe 18:44.12, 2. Wout van Aert +0.14, 3. Steven Kruijswijk +0.25, 4. George Bennett +0.25, 5. Michael Matthews +0.40, 6. Egan Bernal +0.40, 7. Geraint Thomas +0.45, 8. Enric Mas +0.46, 9. Peter Sagan +0.50, 10. Greg van Avermaet  +0.51