Internazzjonali Kurżitajiet

“Żball imbarazzanti” – it-tim aerobatiku Żvizzeru b’wirja fuq il-post żbaljat

Il-Ministeru tad-Difiża Żvizzeru skużu ruħu wara li t-tim Aerobatiku tal-Qawwa tal-Ajru nazzjonali ħasdu lin-nies li kienu preżenti waqt konkors ta’ għana meta l-ajruplani ittajjru minn fuqhom “bi żball”.

It-tim “Patrouille Suisse” suppost kellu jtir fuq il-belt ta’ Lagenbruck b’tifkira tal-100 anniversarju mill-mewt tal-ewwel pilota li qasam l-Alpi mill-ajru. Iżda l-kaptan tat-tim ra numru ta’ tined fuq belt qrib u ordna lill-kumplament tal-ajruplani biex jittajjru fuq din il-belt fejn kien għaddej festival ta’ għana tradizzjonali żvizzera.

Il-Kaptan, li għandu esperjenza ta’ iktar 2,500 siegħa fuq ajruplani militari, skuża ruħu għal dak li sejjaħ bħala “żball imbarazzanti”.

Madanakollu, wara l-ħasda inizzjali, hu mifhum li l-persuni ħadu gost bl-ispettaklu fl-ajru bla ħsieb.