Sitt turisti, fosthom żewġt itfal, tilfu ħajjithom, u iżjed minn 100 persuna ndarbu wara li maltemp u riħ qawwi ħakem il-Greċja l-Erbgħa filgħaxija. B’konsegwenza ta’ dan sa anki tqaċċtu s-siġar u nqalgħu s-soqfa tad-djar.
Dan ġara fil-peniżola Halkidiki, reġjun popolari mat-turisti fis-sajf.
Temp bħal dan mhux daqstant komuni fil-Greċja, speċjalment f’dan il-perjodu tas-sena, normalment is-sjuf ikunu sħan u nexfin. Il-meteorologu Klearxos Marousakis iddeskriva dawn il-kundizzjonijiet strambi ħafna għal dan iż-żmien tas-sena.
L-awtoritajiet iddikjaraw stat ta’ emerġenza f’Halkidiki, fejn qed jaħdmu tal-inqas 140 pumpier. Tul l-aħħar sigħat kien hemm ukoll mas-600 telefonata ta’ persuni jitolbu xi forma ta’ għajnuna.
//= $special ?>