L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ivvotat favur ir-riforma proposta fis-suq tal-kera mill-istadju tat-tieni qari, bil-kundizzjoni li jitressqu emendi u l-liġi tiġi skrutinizzata fl-istadju ta’ Kumitat, waqt ix-xhur tas-sajf.
Fi stqarrija, il-PN stqarr li l-Oppożizzjoni qed tibqa’ ssostni li dan l-abbozz ta’ liġi mhux se jsewwi is-sitwazzjoni li ħoloq il-Gvern stess, kif tennew il-kelliema kollha tal-Oppożizzjoni fil-Parlament, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
L-istqarrija maħruġa mid-deputat Ivan Bartolo tgħid illi s-sitwazzjoni tal-kirjiet bħalissa hija pjaga soċjali, aktar u aktar meta tara xenarju ta’ Gvern li ma ppjanax fit-tul, u issa qed jgħabbi l-iżbalji tiegħu fuq il-privat.
L-Oppożizzjoni insistiet li se tieħu b’impenn dan l-abbozz qabel jgħaddi fi stadju ta’ kumitat, minbarra li se timpenja ruħha fil-proċess ta’ riforma interna, fit-tliet snin li ġejjin, sabiex tippreżenta proposti li jolqtu fil-laħam il-ħaj, bħalma hi din il-liġi tal-kirjiet.
//= $special ?>