Membri tal-Protezzjoni Ċivili l-Ħamis filgħodu assistew lil ħaddiema tal-Mediterranean Offshore Bunkering tal-Marsa f’taħriġ li sar f’din il-kumpanija tal-Gvern.
L-eżerċizzju ma jiqafx biss mal-azzjoni waqt dan l-eżerċizzju, imma tinkludi wkoll analiżi ta’ dak li jkun seħħ u jiġu ndividwati l-azzjonijiet li hemm bżonn jittieħdu.
Is-sit tal-Mediterranean Offshore Bunkering tal-Marsa hu wieħed minn għaxra f’Malta klassifikati bħala Control of Major Accident Hazards, jew COMAH Sites li huma postijiet fejn ikun hemm ħażna kbira ta’ fjuwil.B’direttiva tal-Unjoni Ewropea, fihom irid isir eżerċizzju kull sentejn biex tkun ittestjata s-sistemà ta’ tifi ta’ nar u l-Protezzjoni Ċivili tara li għandha biżżejjed nies, makkinarju u apparat biex tindirizz li jkun.
//= $special ?>
