Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Kalċidonju, il-Kurja se tkun qed tiftaħ għall-pubbliku matul il-ġranet tas-Sibt 20 u l-Ħadd 21 ta’ Lulju.
Wieħed se jkollu l-opportunità jammira l-arkitettura Barokka li jsawru din il-binja flimkien ma’ diversi opri tal-arti li jinsabu fis-sala tar-refettorju, fil-kurituri, fis-sagristija u fil-kappella ddedikata lill-Madonna ta’ Manresa fejn hemm ir-relikwi ta’ San Kalċidonju.
Matul dawn il-jiem se jkun hemm diversi taħdidiet dwar l-istorja tal-Kurja tal-Arċisqof, il-pitturi li qed jiġu restawrati bħalissa, u il-ħidma pastorali u amministrattiva tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Barra dan se jkunu qed jittellaw kunċerti, wirja b’dokumenti mill-Arkivju Djoċesan li jmorru lura għas-seklu 16 u wirja oħra bi 15-il pittura tal-artist Joseph Calleja. Dan kollu flimkien ma’ treasure hunt marbuta mal-istorja, mal-bini u mal-pitturi tal-Kurja.
Il-ftuħ se jsir is-Sibt 20 ta’ Lulju bejn il-5pm u d-9pm u l-Ħadd 21 ta’ Lulju bejn id-9am u s-1pm, bid-dħul ikun b’xejn.
//= $special ?>