Fl-aktar tbassir ekonomiku riċenti maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, jirrizulta li l-prezzijiet tal-prodotti f’pajjiżna se jkomplu jogħlew – xejra li issa ilha ghaddejja ghal numru ta’ xhur.
Dan ir-rapport Ewropew juri bic-car li minn April kompliet tirranka l-għoli tal-ħajja. Dan huwa dovut b’mod partikolari minħabba żidiet fil-prezz tal-ikel.
Skont it-tbassir u l-istudji li qed isiru mill-Kummissjoni Ewropea, fis-Sajf se jkollna piż akbar fejn jidħlu l-prezzijiet ta’ prodotti tal-ikel.
L-għoli tal-ħajjar mistennija titla mil-livell ta’ 1.7 fil-mija is-sena li ghaddiet, għal 1.8 fil-mija. It-tbassir jindika li s-sena li ġejja, l-inflazzjoni se tibqa’ tiela’ b’mod kostanti biex tasal ghal 1.9 fil-mija.
Fl-ahhar xhur, il-familji Maltin esperjenzaw diversi zidiet fi prodotti li jixtru minn hwienet, stabbilimenti kummerċjali u supermarkets. Dan biex ma nsemmux prodotti bażiċi bħall-ħaxix, il-ħobż, ġobon, u prodotti oħra tal-ħalib.
Il-PN ilu xhur sħaħ jinsisti li n-nies jeħtieġ ikollhom serħan il-moħħ li meta l-ekonomija suppost tinsab sejra tajjeb, it-tkabbir ekonomiku għandu jasal għand kulħadd. Dan meta hawn familji u anzjani li mhux qed jaslu sal-aħħar tax-xahar minħabba l-ispejjeż.
//= $special ?>