Lokali

Kors ġdid dwar il-familja

Familja b’saħħitha hija sors li ssaħħaħ lis-soċjetà. Il-familja hija s-sinsla tas-soċjetà, li ttella’ nisa u rġiel b’valuri tajbin.

Dan il-fattur wassal biex l-Università ta’ Malta tibda tgħati l-opportunità biex jizdied l-gharfien dwar il-familja u t-tibdil fil-qafas taghha fis-socjeta’. U f’Ottubru li ġej se jkun qed jibda kors ġdid ta’ Masters dwar il-Familja Kontemporanja.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Familja, Claudio Grech qal li l-qasam tal-familja huwa ta’ importanza fis-soċjetà tagħna. Dan filwaqt illi saħaq li se jkun qed jaħdem f’isem l-Oppożizzjoni biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ. Hu qal dan l-kors se jwassal biex pajjiżna jlaħħaq maż-żminijiet ta’ illum u jimxi b’passi maġġgħlin ma’ pajjiżi oħra.

Claudio Grech tenna illi jemmen li l-familja hi mezz ewlieni biex insaħħu s-soċjetà Maltija  u żied jgħid li l-isfidi jistgħu jiġu ffaċjati b’mod speċjali bl-istudju u riċerka li jsir fl-Universita ta’ Malta, sabiex wieħed jara l-impatt fuq il-familja illum-il gurnata.

Il-kors se jkun qed jikkonsisti b’mod speċjali fuq mod prattiku, bl-istudenti joħorġu fid-dinja tax-xogħol. Kors li mhux applikabbli biss għal dawk li jaħdmu b’mod dirett, iżda wkoll b’mod indirett mal-familji, fosthom infermiera u tobba.

Debbie Atanasio, li gradwat mill-Universita’ fl-2014 qalet li dan il-kors ma jgħinx biss għall-karrieri, iżda wkoll fil-ħajja personali. Hi saħqet li hu ta’ importanza li jiżdied l-istudju biex wieħed jagħti l-aħjar lis-soċjetà f’dawn iż-żminijiet li iktar ma jmur iktar qed jinbidlu b’pass mgħaġġel.

Minn naħa tiegħu, il-Dekan tal-Fakultà ghall-Benesseri tas-Soċjetà, Andrew Azzopardi qal li dan il-pass huwa importanti hekk kif se jwassal biex iktar nies iżidu l-għarfien tagħhom dwar il-familja, li hija l-ħolqa li tgħaqqad lil soċjetà b’saħħitha.