Lokali

Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi waqt li prova jaqbeż f’pool

Taljan ta’ 18-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi meta waqa’ minn fuq ċint ta’ madwar sular meta prova jaqbeż f’pixxina li hemm fil-komun tal-appartamenti li jinsabu fi Triq Birkirkara f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.45am.

Il-pulizija qalu lil Net News li minħabba li l-komun tal-blokka huwa żgħir kellhom jissejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex iż-żagħżugħ ikun jista’ jittieħed għall-kura. Infatti huwa kellu jinħareġ mill-ewwel sular. Ftit tal-mumenti wara huwa ttieħed lejn l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura meħtieġa.

Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.

Aktar dettalji ‘l quddiem.