Lokali

100 imprenditur femminili b’diżabilità minn 5 pajjiżi differenti

Li temmen fik innifsek huwa r-rekwiżit bażiku tas-suċċess – Kien dan il-messaġġ prinċipali ta’ Maria Deguara, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar Anzjanità, Persuni b’Diżabilità u l-Ġlieda kontra d-Dipendenzi u l-Vizzji, meta indirizzat l-Konferenza Finali tal-100Mirrors Inclusive: għodod għall-motivazzjoni ta’ nisa b’diżabilità intraprenditorjali.

100 Mirrors huwa proġett iffokat fuq il-promozzjoni ta’ imprenditorija inklussiva għan-nisa b’diżabilità. Din se tagħżel 100 imprenditur femminili b’diżabilità minn 5 pajjiżi differenti li jservu bħala mudelli għal oħrajn li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom stess jew isaħħu l-ħiliet kreattivi u intraprenditorjali tagħhom.

Maria Deguara qalet li meta nitkelmu fuq persuni b’disabilita’ sirna aktar nagħmlu enfasi fuq il-kelma disabilita’ u ninsew li warajha hemm persuna b’bżonnijiet speċjali… Sfortunatament l-edukazjoni tagħna għadha wisq iffukata biex ngħaddu l-eżamijiet aktar milli biex tiprepara t-tfal għal-ħajja.

Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Persuni B’Diżabilità kompliet tgħid li persuni b’diżabilita’ għandhom l-aspirazjonijiet tagħhom…. Għandhom dritt jkunu parti integrali fis-soċjeta’.

Għalkemm il-konvenzjoni tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’ ġiet imnedija fl-2006 sal-lum persuni b’diżabilita’ għadhom jiffaċċjaw diskriminazjoni u diffikultajiet li ma jħalluhomx jieħdu parti sħieħa u attiva fis-soċjeta’.

“Għad fadal ħafna x’nagħmlu jekk irridu ngħinu persuni b’diżabilita’ biex jilħqu l-milja ta’ ħajjiethom, iħossuhom membri attivi fil-komunita’, jkollhom ħajja aħjar u jilħqu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom” temmet tgħid Maria Deguara.

F’din il-konferenza tkellmu wkoll is-Segretarju Parlamentari tal-Persuni b’Diżabilità, Anthony Decelis, Juanita Muscat minn AcrossLimits u Rhoda Garland minn CRPD.