Lokali

205 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija

F’Għeluq il-205 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, il-Ġimgħa filgħodu ġiet ċċelebbrata quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti fost l-ohrajn il-President ta’ Malta George Vella, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, u l-Kummissarju tal-Pulizija.

Wara l-quddiesa, fi Pjazza San Ġorg, ittellgħet parata ċerimonjali, liema parata bdiet bis-sehem tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll il-Gwardja tal-Unur.

L-ghola awtoritajiet intlaqgħu fil-Pjazza b’salut.

Matul din iċ-ċeremonja saret l-ispezzjoni tal-gwardja tal-unur mill-President ta’ Malta. U wara, kien hemm ukoll wirja mill-Banda tal-Pulizija.

Fi Pjazza San Ġorġ, wieħed seta’ jikseb ukoll informazzjoni dwar il-Korp tal-Pulizija u dwar kif wieħed jista’ jissieħeb parti mill-Korp.

L-attivitajiet b’rabta mal-205 anniversarju mit-twaqqif tal-korp tal-pulizija ikomplu s-Sibt filgħaxija  fil-pjazza ta’ Buġibba permezz ta’ Kunċert mill-Banda tal-Pulizija, kif ukoll esebizzjoni mill-klieb tal-Korp.