Valtteri Bottas mexxa doppjetta għal Mercedes fit-tieni sessjoni ta’ provi liberi fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone, bil-koppja tal-Ferrari magħmula minn Charles Leclerc u Sebastian Vettel jispiċċaw wara Lewis Hamilton.
Fl-ewwel sessjoni, Bottas kien għal ħafna ħin fuq quddiem sakemm Pierre Gasly ta’ Red Bull għamel l-aħjar ħin. Fit-tieni sessjoni Bottas baqa’ fuq quddiem u temm b’vantaġġ minimu ta’ 0.069 fuq Hamilton.
Leclerc kien 0.251 qabel sieħbu Vettel, bil-Ġermaniż itemm is-sessjoni bi problema fil-magna hekk kif qal lill-inġiniera li l-batterija tal-karozza kienet tilfet is-saħħa.
Lando Norris spiċċa wara Gasly iżda qabel Max Verstappen biex fired iż-żewġ karozzi tar-Red Bull, bl-Olandiż jispiċċa 0.016 biss waran Norris. Carlos Sainz temm it-tmienja fuq it-tieni karozza McLaren qabel Alexander Albon ta’ Toro Rosso u Sergio Perez ta’ Racing Point.
Kevin Magnussen temm fit-12-il post f’konsolazzjoni żgħira għal Haas wara li Romain Grosjean baqa’ fil-garaxx għal 40 minuta minħabba suspett ta’ problema fil-hydraulic. Williams baqgħu fl-aħħar postijiet b’George Russell kellu jirtira mis-sessjoni filwaqt li Robert Kubica kien nofs sekonda veloċi aktar mill-Britanniku.
//= $special ?>