Wara li l-Ġimgħa li għaddiet fetaħ uffiċjalment il-Parlament Ewropew bl-ewwel sessjoni fi Strasburgu, f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta, il-Ġimgħa filgħodu ttellgħet diskussjoni pubblika mal-Membri tal-Parlament Ewropew.
Preżenti f’isem il-Partit Nazzjonalista kien hemm Roberta Metsola,. Minn naħa l-oħra, David Casa ipparteċipa permezz ta’ messagg irrekordjat minħabba laqgħat importanti li kellu barra minn pajjizna.
Matul dan il-djalogu issemmew diversi kwistjonijiet u kif dawn ser jiġu indirizzati. Dawk preżenti kellhom l-opportunita jistaqsu u jagħtu l-opinjoni tagħhom.
Roberta Metsola qalet illi meta tiltaqa’ man-nies tinduna kemm jixtiequ li jkunu preżenti f’attivitajiet bħal dik tal-Ġimgħa sabiex ikun hemm iktar interazzjoni bejn il-Membri eletti fil-Parlament Ewropew u l-pubbliku.
Minn naħa tiegħu David Casa stqarr li għalkemm din mhux l-ewwel darba li ġie elett fil-Parlament Ewropew, l-entużjażmu dejjem jibqa’ hemm minħabba l-isfidi ġodda li jkunu u l-fatt li dejjem jinħtieġ ħidma differenti għal pajjiż aħjar
Preżenti għal dan id-djalogu kien hemm ukoll il-Membri tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista Josianne Cutajar u Alex Agius Saliba.
Intant, il-ħidma fil-Parlament Ewropew tkompli il-Ġimgħa d-dieħla fejn ser jkun elett il-President tal-Kummissjoni Ewropa b’vot dirett mill-MEPs.
//= $special ?>