Għawdex Kultura Lokali Mużika

‘Feel the Magic’ f’Għawdex

Feel the Magic tirrappreżenta viżjoni b’saħħitha ta ‘tliet snin li tfittex li tqiegħed l-arti u l-kreattività fil-qalba tal-futur ta’ Għawdex. Il-proġett jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ serje ta’ kunċerti ta’ profil għoli f’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet nazzjonali u nternazzjonali u jimmira li jiżviluppa programm ta’ avvenimenti annwali kkoordinati.

L-offerta ta’ din is-sena tinkludi:

Feel the Magic of Brass Hotel Kempinski, San Lawrenz

Feel the Magic of Piazzolla – Bitha tal-Ministeru ghal Ghawdex, Victoria

Feel the Magic of Musical Theatre – Pjazza Santu Wistin, Victoria

Feel the Magic of Classics – Sala tal-Wirjiet (Ministeru għal Għawdex)

Feel the Magic of Christmas – Bażilika ta’ San Ġorġ, Victoria

Il-Chorus Urbanus Productions hija organizzazzjoni non-governattiva li hija protagonist potenti fix-xenarju kulturali nazzjonali. Hija l-missjoni ta l-organizzazzjoni li tikkordina u tippreżenta avvenimenti kulturali notevoli matul is-sena. Hija l-politika tagħna li nipproduċu u nippreżentaw kunċerti ta livell għoli ħafna kemm minn artisti lokali kif ukoll minn ohrajn internazzjonali minkejja il-limitazzjonijiet finanzjarji tal-baġit tagħna, li huma madankollu appoġġjati mill-Fond għall-Programm ta’ Appoġġ Kulturali għal Għawdex (Gozo Cultural Support Programme) fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex.

Il-Proġett Feel the Magic huwa mifrux fuq erba kunċerti maġġuri kull sena (wieħed għal kull staġun) u Kunċert Grandjuz Orkestrali li fih jiehdu sehem diversi solisti, il-Chorus Urbanus, Kor tat-Tfal, u Koreografija. Dan ser isir fil-beraħ fi Pjazza Santu Wistin nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju, 2019. Fit-8.30pm.

Feel the Magic of Musical Theatre

Il-Kuncert Feel the Magic of Musical Theatre ikompli jibni fuq l-frott tal-esperjenza u s-successi miksuba mill-Chorus Urbanus Productions fil-produzzjonijiet ‘live’ tal-musicals Fiddler on the Roof u Scrooge matul l-2017 u 2018 rispettivament. F’dan il-kuncert spettakolari ser jiehdu sehem is-solisti tal-Chorus Urbanus, fosthom Fabian Galea, Angelo Muscat, Mario Portelli, Ruth Portelli, Maria Cassar u Hilda Grima flimkien mal-Chorus Urbanus, il-kantanti zghar Kristen Grima, Gabriel Grech, Christa Mercieca u Kurt Theuma Scerri flimkien mal-Chorus Urbanus Junior Section, is-Central Stage Dance Academy taht id-direzzjoni koreografika ta’ Nathalie Sciortino, il-Malta Concert Orchestra, ilkoll taht id-direzzjoni tas-Surmast John Galea, direttur artistiku tal-Progett triennali. Is-serata FTM of Musical Theatre ser tkun ko-ordinata mid-direttur tal-Palk, Sur Jamie Camilleri filwaqt li d-disinn tal-awdjo ser ikun taht id-direzzjoni ta’ Sergio Costa flimkien mal-PRO Stage Sound. L-ispettaklu viziv tad-dwal huwa fuq disinn ta Ismahel Portelli u Chris Gauci.

Dan il-kunċert-festa ta’ mużika, kant u zfin jinkludi fih 21 silta mehuda mill-aqwa musicals ta’ kull zmien li gawdew ezekuzzjonijiet estensivi sewwa fil-West End ta’ Londra kif ukoll ta’ Broadway. Il-biljetti ghal dan l-ispettaklu kulurit jinsabu diga ghall-bejgh  online fuq www.ticketline.com.mt, u ninsabu kuntenti li l-bejgh miexi sew minkejja li infetah biss 24 siegha ilu.

Il-filosofija wara dan il-proġett hija kkawżata minn ghan edukattiv għani u kulturalment qawwi. Il-politika tagħna tagħti prijorità għolja lill-promozzjoni ta’ talent lokali ta’ l-ogħla livell biex taqsam l-palk ma ‘artisti barranin ta’ kalibru għoli. Huwa l-għan tagħna li nsaħħu l-istatus internazzjonali tal-Proġett billi artisti lokali u internazzjonali stabbiliti jiġu mistiedna jesponu repertorju varjat li jipprometti li jkun eċċitanti fl-esplorazzjoni tiegħu tal-maġija tal-Arti Performattiva fid-diversità kollha taghha.