Dylan Groenewegen rebaħ l-ewwel stadju f’din l-edizzjoni filwaqt li t-Taljan Giulio Ciccone żamm il-flokk l-isfar fi tmiem is-seba’ stadju. Iċ-champion renjanti Geraint Thomas daħal mal-akbar grupp ta’ ċiklisti u baqa’ fil-ħames post fil-Klassifika Ġenerali.
Dan l-istadju ta’ 230km hu l-itwal f’din l-edizzjoni u r-rotta lixxa wasslet għal sprint eċċitanti qrib il-linja finali f’Chalon-sur-Saone. Caleb Ewan qasam il-linja fit-tieni post qabel Peter Sagan.
Groenewegen li rebaħ żewġ stajdji s-sena l-oħra, kien preċiż biex beda l-isprint u spiċċa ftit qabel Ewan. Hu għolla jdejh biex jiċċelebra iżda kellu jistenna għar-ripetizzjoni tat-televiżjoni biex jikkonferma r-rebħa.
It-tmien stadju jsir illum b’rotta ta’ 200km minn Macon lejn Saint-Etienne, fi stadju li għandu telgħa ta’ kważi erba’ kilometri.
Kif spiċċaw is-seba’ stadju: 1. Dylan Groenewegen 6:02.44, 2. Caleb Ewan, 3. Peter Sagan, 4. Sonny Colbrelli, 5. Jasper Philipsen, 6. Elia Viviani, 7. Giacomo Nizzolo, 8. Jasper Stuyven, 9. Michael Matthews, 10. Alexander Kristoff
Klassifika Ġenerali: 1. Giulio Ciccone 29:17.39, 2. Julian Alaphilippe +0.06, 3. Dylan Teuns +0.32, 4. George Bennett +0.47, 5. Geraint Thomas +0.49, 6. Egan Bernal +0.53, 7. Thibaut Pinot +0.58, 8. Steven Kruijswijk +1.04, 9. Michael Woods +1.13, 10. Rigoberto Uran +1.15
//= $special ?>