Ghal sen’ohra f’Montekristo qed issir il-Fiera l-Kbira, b’iktar minn 200 esebitur li qed jipprezentaw il-prodotti u s-servizzi taghhom, fejn hi mistennija attendenza ta’ ‘l fuq minn 100,000 viżitatur.
Il-fiera tikkonsisti f’diversi stands b’oggetti tad-dar, ikel, u saħansitra park għall-familja kollha… fost diversi affarijiet oħra. Barra dawn kollha, hemm diversi NGOs bl-istands tagħhom li huma parti minn din il-fiera.
Net News tkellem ma’ wieħed mid-Diretturi, Rueben Caruana.
Preżenti ghall-ftuh tal-fiera kien hemm il-Presidenti ta’ Malta George Vella fost diversi personalitajiet oħrja. Apparti li tkellem dwar il-lat kummercjali, spjega kif dan il-post joffri villaġġ ħaj u vibranti fejn wieħed jista’ jmur u jirrilassa.
Wara d-diskorsi, il-Fiera l-Kbira nfetħet uffiċjalment mill-President ta’ Malta biex tingħata bidu għal ġimgħa u nofs ta’ attivitajiet f’dan il-post qrib il-mitjar.
//= $special ?>