F’reazzjoni għat-tnedija tar-regolamenti ġodda fir-rigward taż-żwiemel tal-karozzin, il-kuċċiera semmgħu leħinhom.
Dan kien imħabbar mis-Segretaju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimal, Clint Camilleri li saħaq li dan sar wara qbil bejn l-istakeholders kollha, inklużi l-kuċċiera.
Madanakollu, is-sidien taż-żwiemel sostnew ma’ Net News illi dak li qed jgħid il-Gvern mhux minnu; “Kelna xi taħdidiet. Ma qbilna f’xejn. Is-Segretarju Parlamentari batnilu kemm il-darba biex niltaqgħu miegħu u ma tax kasna. Naħseb li s-Segretarju Parlamentari għandu żball fiha din il-biċċa tax-xogħol – żbal kbir ħafna għax ma qabel ħadd u ma qalu xejn lil ħadd – dawn qabdu ħarġu liġi b’vendikazzjoni għalina, għall-familji tagħna u għaż-żwiemel tagħna.”
“Mil-lum aħna ha mmorru f’kawża l-qorti – min se jitmalna ż-żwiemel, min ħa jitmalna l-familja? L-aqwa xahrejn tagħna, għandna bżonnhom u irriduhom.”
“Aħna konna lesti li nsibu kompromess pero mhux b’dan il-ħin.”
Is-sidien taż-żwiemel saħqu magħna ili kien hemm numru ta’ talbiet biex jiġi provdut ilma liż-żwiemel, iżda z-zewg nahat baqgħu qatt ma qablu.
Dan l-Avviż jinkludi wkoll li żiemel ma jistax jintuża fi ġranet wara xulxin u jrid jiġi olternat filwaqt li ma jintużax aktar minn tliet darbiet f’ġimgħa.
Vjaġġ bil-karozzin ma jistax jieħu iktar minn 45 minuta filwaqt li ma jistax ikollu aktar minn erba’ passiġġiera.
F’isem il-kuċċiera tkellem Kevin Debono.
//= $special ?>