Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, Kurt Farrugia, inħatar bħala l-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise. Dan tħabbar mill-Malta Enterprise stess fi stqarrija fejn ingħad li Farrugia inħatar mill-Bord tad-Diretturi.
L-istqarrija tgħid li Farrugia se jieħu post Mario Galea fl-1 ta’ Awwissu iżda Mario Galea se jibqa’ f’Malta Enterprise bħala konsulent ewlieni tas-suċċessur tiegħu. Kurt Farrugia ilu Kap tal-Komunikazzjoni f’Kastilja minn Marzu tal-2013. Qabel hu kellu karriera fil-ġurnaliżmu u l-politika.
Kurt Farrugia hu gradwat fil-Komunikazzjoni u qed isegwi Master fl-Imprenditorija mill-Universita’ ta’ Malta
Matthew Carbone maħtur Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern
Sadanittant fi stqarrija separata, il-Gvern ħabbar li Matthew Carbone se jkun il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern minflok Kurt Farrugia. Carbone kien id-Deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern mill-2013. Nigel Vella se jieħu post Carbone bħala Deputat Kap tal-Komunikazzjoni. Vella kien maħtur kelliem tal-Gvern wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017.
//= $special ?>