Il-Qorti qalet li l-attentati kollha biex Keith Schembri jibqa’ jaħrab milli jixhed fuq 17 Black iridu jieqfu, u filwaqt li huwa se jiġi sfurzat biex jagħmel dan mill-Qorti, li qalet li mhux se taċċetta aktar dewmien fil-każ.
Dan ħareġ meta kompla l-każ dwar il-kawża ta’ libell l-istess chief of staff tal-Prim Ministru qed jagħmel lid-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil. Schembri ilu jipprova jevita u jaħrab mill-kontro-eżami dwar is-17 Black fejn hu qed jargumenta li l-kumpanija bbażata f’Dubai ma kienitx ta’ dominju pubbliku fiż-żmien li allegat diskors libelluż ta’ Simon Busuttil, li kien dwar korruzzjoni fuq il-Panama Papers f’Marzu tal-2016.
17 Black kienet ġiet identifikata f’email li kienet illikjata mill-konsulenti finanzjarji ta’ Keith Schembri, bis-sors ewlieni ta’ dan id-dħul ikun fuq Tillgate, li kienet il-kumpanija sigrieta tiegħu fil-Panama.
F’digriet mogħti mill-Maġistrat Victor Asciak din il-ġimgħa, liema kawża ta’ libell kienet qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale, li dan l-aħħar sar Imħallef, il-Qorti ma laqgħetx it-talba ta’ Keith Schembri biex dan ikun eżentat milli jixhed fuq 17 Black.
Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha qalet li huwa rrelevanti dwar jekk Simon Busuttil kienx jaf dwar 17 Black meta huwa għamel id-diskors tiegħu f’Marzu tal-2016. Il-Qorti għamlitha ċara, bi kliem iebes, li mhijiex se taċċetta aktar dewmien biex Keith Schembri jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda u jagħti l-verżjoni tiegħu.
Il-Qorti qalet ukoll li mhux se taċċetta aktar talbiet biex il-każ jiġi diferriet, sakemm ma jkun hemm raġunijiet ta’ saħħa. Il-fatt li ħarġu dawn il-fatti fuq 17 Black, xorta waħda għal Prim Ministru Joseph Muscat, qiesu ma ġara xejn u li qiesu dan ma wettaq l-ebda danni.
L-istess kaz jgħodd ukoll għall-Ministru tat-Turiżmu Kontrad Mizzi, li mexxa l-ftehim dwar il-power station il-ġdida, fejn din kienet ukoll imsemmija mas-17 Black permezz tal-kumpanija tiegħu fil-Panama. Investigaturi kriminali kienu ingħataw rapport estensiv mill-FIAU, fuq 17 Black u l-Panama Papers f’Marzu tal-2018.
//= $special ?>