Internazzjonali

L-irtirata ta’ Trump dwar mistoqija fuq iċ-ċittadinanza

Il-President Amerikan Donald Trump kellu jreġġa’ lura l-pjan oriġinali li kellu dwar iċ-ċensiment li se jkun qed isir fl-Istati Uniti s-sena d-dieħla.

Dan għaliex oriġinarjment, Trump ried li ċ-ċensiment ikun jinkludi mistoqsija dwar iċ-ċittadinanza tal-persuni li jkunu qed jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju.

It-tir ta’ Trump kien li dan jgħinu biex ikollu rekord taċ-ċittadinanza tal-persuni kollha li jgħixu fl-Amerka.  Iżda hu kellu jċedi għall-pressjoni wara li l-Qorti Suprema kienet blokkat din il-mistoqsija f’Ġunju.

Minkejja dan, Trump xorta baqa’ jinsisti li l-inklużjoni ta’ din id-domanda kienet ġustifikati.

Issa Trump qed jiddikkjara li se jkun qed jiġbor din l-informazzjoni b’mezzi oħra u b’ordni diretta lil aġenziji tal-Gvern. Dan ifisser li aġenzija tal-Gvern se jkollhom jgħaddulu informazzjoni u dokumenti marbuta maċ-ċittadinanza.