Lokali

“Ma tgħaddix ġurnata li ma naħsibx fik” – Luke Chetcuti dwar missieru Hugo

Sena ilu tilef ħajtu l-imprenditur Malti

Fit-12 ta’ Lulju tal-2018 – eżatt sena ilu – il-qtil ta’ Hugo Chetctui. Sena deskritta minn ibnu Luke, bħala l-aktar waħda diffiċli f’ħajtu.

“Ma tgħaddix ġurnata li ma naħsibx fik. Inħobbok għal dejjem”.

Dan kien il-messaġġ li wassal fuq il-media socjali t-tifel ta’ Hugo Chetcuti, hekk kif il-familja illum tfakkar għeluq is-sena minn dan il-qtil brutali.

L-imprenditur Malti, magħruf l-aktar għall-fatt li kellu għadd kbir ta’ stabbilimenti tad-divertiment kif ukoll ristoranti f’Paceville, kien ġie attakkat b’xabla fis-6 ta’ Lulju, propju waqt is-soft opening ta’ stabbiliment ieħor fl-istess zona – ristorant fine dining li kellu jispeċċjalizza fuq il-ħut, u li minn dakinhar baqa’ qatt ma fetaħ għall-pubbliku.

Bojan Cmelik huwa s-Serb akkużat li attakka lil Chetcuti, u hu mifhum li dakinhar tal-inċident hu dahal fl-istabbiliment, resaq lejn Hugo Chetcuti u tah daqqiet ta’ sikkina meta mar jghanqu.

Filfatt, filmati li ntwerew waqt is-smigħ tal-każ juru  persuna, allegatament Cmelik,  liebes kappell kbir javviċina lil Hugo Chetcuti, jgħannaq lill-imprenditur, u jtih daqqiet b’sikkina, li fil-filmat tidher tleqq kontra r-riflessi tad-dawl.

Dan il-każ kien ixxokkja lill-pajjiż hekk kif ħafna kienu familjari ma’ Hugo Chetcuti u mal-istabbilimenti tiegħu, u segwew b’interess kif żviluppat l-istorja wara l-attakk, li eventwalment wassal biex Chetcuti tilef ħajtu sitt ijiem wara.

Il-każ dwar dan id-delitt għadu għaddej fil-Qorti.