Internazzjonali

Minflok Sydney spiċċaw Honolulu

Madwar 35 persuna sofrew ġrieħi ħfief wara li t-titjira li kienu fuqha iltaqgħet ma’  turbolenza qawwija.

It-titjira tal-linja tal-ajru Air Canada kienet fi triqtha minn Vancouver għal Sydney fl-Awstralja iżda kellu ddawwar ir-rotta lejn il-Hawaii.

Skont il-linja tal-ajru, it-turbolenza inħasset f’daqqa u f’temp b’arja ċara madwar sagħtejn bogħod mill-Hawaii.

Il-bdot niżżel l-ajruplan fl-ajruport ta’ Honolulu u l-linja tal-ajru kienet qed torganizza akkomodazzjoni għall-passiġġiera u l-ħaddiema tagħha f’lukandi f’din il-belt.

B’kollox abbord kien hemm 284 persuna.