Hibernians reġgħu wettqu prestazzjoni tajba fl-Ewropa meta bdew l-impenji tagħhom b’partita valida mill-ewwel leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, għand Shakhtyor Soligorsk fil-Belarus, fejn tilfu bl-iskor minimu ta’ 1-0.
F’wirja dixxiplinata, mill-bidu sa l-aħħar, fejn it-tim ta’ Stefano Sanderra niżlu bi pjan prudenti fejn imlew nofs il-grawnd u tattikament kienu tajbin ħafna billi għalqu l-ispazji, biex l-avversarji bdew isibuha diffiċli biex jinfduhom.
L-akbar periklu għal Hibernians wasal fl-14-il minuta meta kellu jkun il-goalkeeper Marko Jovicic li salva tajjeb fuq Elis Bakaj. Fit-tieni taqsima, kompliet il-pressjoni fuq il-lasti tal-Hibs mit-tim ta’ Sergei Tashuyev, sakemm kellhom ibaxxu rashom għal gowl ta’ Valeriy Gromyko fid-69 minuta.
Dan ir-riżultat iħalli lill-Pawlisti li spiċċaw it-tieni fil-kampjonat Malti, wara li tilfuh b’decider kontra Valletta, li jistgħu jgħaddu għar-rawnd li jmiss fil-partita li se tintlagħab fil-grawnd tagħhom nhar il-Ħamis li ġej.
Shakhtyor: Andrey Klimovich, Syarhey Matveichik, Nikola Antic, IharBurko, Valeriy Gromyko, Elis Bakaj, Aleksandr Sachivko, Uladzimir Khvaschinski (46′ Nikolai Yanush), Yuri Kovalev, Julius Szoke, Max Ebong (46′ Mykyta Tatarkov)
Hibernians: Marko Jovicic, Timothy Desira Buttigieg, Ferdinando Apap, Barbosa da Silveira, Joseph Mbong, Jake Grech (74′ Jens Wemmer), Te-reence Groothusen, Bjorn Kristensen, Dunstan Vella, Andrei Agius, Leonardo Nanni (89′ David Xuereb)
Referee: Jovan Kaludjerovic (Montenegro)
//= $special ?>